B’tal-linja jaqbillek.
Saret grajja ta’ kuljum li filghodu tinzerta xebgha traffiku. Dan hu kollhu tort ta’ inkompetenza minn certru awtoritajjiet u entitajjiet. Biss, ikolli nghid ukoll li l-publiku ghandu tort ukoll.
Jien nistaqsi: Kif tista min triq wiesa ftit aktar min zewg metri, jghaddu tlett karozzi?
Dalghodu hekk gara f’Hal Qormi.
Fi trieqti lejn l-iskola fuq il-61, kif tal-linja waslet f’nofs Hal Qormi, ghal precizjoni fil-kantuniera bejn Triq San Bastjan u Triq Correa hekk gata. Lembut. Karozza li kienet qieghda issuq fid-direzzjoni tar-“roundabout” tal-PAVI fettilla ddur lejn din it-triq, dan filwaqt li mil-istess triq kienet gejja ohra, u karozza ohra li gejja min naha tal-roundabout tal-PAVI, b’kumbinazzjoni daret lejn l-imsemijja triq ! Dan filwaqt li fuq il-“lane” l-ohra kien hemm karozza ohra tal-linja ipparkjata f’nofs ta’ triq, li milli nista nifhem kellha xi hsarat u ghalhekk kienet ipparkjata hemm.
Waqt din id-drama kollha, filwaqt li karozzi zghar bdew b’xi mod jew iehor jghaddu min bejn dan il-kaos shih, in-nies li kienu f’tal-linja bdew jirrabjaw xi ftit mad-driver, li jkolli nghid li ma kelliex tort u kienet driver mil-aqwa wkoll. Ftit tal-hin wara, uhud minnhom (inkluz jien) iddecidew li jinzlu minfuq tal-linja u jimxu sal-“Park and Ride” tal-Marsa. Ma ntijomx tort. Fl-ahhar mil-ahhar kien hemm xebgha studenti u hadd ma ried jasal tard ghax xoghol, l-iskola jew l-Universita, fejn potenzjalment setghu jitilfu “lectures”.
Biex tghaxxaqa dalghodu, kien riefnu r-rih u bejn taqtira u ohra tax-xita, nahseb xi ftit jew wisq din il-mixja nizlet valenu ma kulhadd.
Ghalxiex ghandi nhallas, jekk xorta ma twassalnix?
Glieda bejn in-Neanderthal u Homo Sapiens fuq ballun tac-caruta. B’sorpriza: Hadd ma rebah.
Kif nahseb kulhadd semgha’ u ra’ fuq l-ahbarijiet, illum f’Bormla kien hemm ftit drama bejn zewg razez ta’ “Cavemen”.
Jiddispjacini ghal forzi ta’ l-ordni li fit-2014 ghadu jkollhom jaffaccjaw dawn it-tip ta’ kazi idjotici.
Filwaqt li nirringrazzjak talli hadt il-hin taqra din il-bloggata, inhallik bi hsieb zghir.
Ghandna bzonn insiru nies, u nieqfu nirragunaw bl-idejologija ta’ “I’m alright, fuck you jack”. Kemm fuq it-triq, u kemm ma ta’ madwarna.
Illejl it-tajjeb hbieb, ghaliex ghada ezami.